STOP Carcinogens at work

Kull sena, aktar minn 100,000 ruħ fl-Unjoni Ewropea jmutu bil-kanċer ikkawżat minn karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol. Dan irid JIEQAF!

X'inhuma l-karċinoġeni?

Sustanzi karċinoġeniċi, jew karċinoġeni, huma aġenti li jikkawżaw il-kanċer. Kull sena, aktar minn 120,000 persuna jiġu djanjostikati b’kanċer relatat max-xogħol. Kun żgur li int, il-kollegi tiegħek u l-impjegati tiegħek ma ssirux parti minnhom! L-espożizzjoni illum tista’ tikkawża l-kanċer fil-futur.

Aqra aktar dwar il-karċinoġeni hawn.

Din tassew hija problema fl-Ewropa?

Mhuwiex xokkanti li tant ħaddiema fl-UE jmutu bil-kanċer għax jaħdmu ma’ karċinoġeni? 53% tal-imwiet relatati max-xogħol fl-UE huma assoċjati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol (OSHwiki). Dawn l-imwiet jistgħu jiġu evitati. Billi nbiddlu l-mod kif naħdmu, nistgħu nipprevjenu l-espożizzjoni għal aġenti li jikkawżaw il-kanċer. Għaliex kwalunkwe ħaddiem għandu jpoġġi ħajtu f’periklu? Il -prinċipju STOP jgħin biex jipprevjeni lill-ħaddiema milli jkunu esposti għal sustanzi perikolużi.

Sign up for our newsletter to become part of our community. Or follow us on LinkedIn and join the conversation!
Irreġistra għan-newsletter tagħna biex issir parti mill-komunità tagħna. Jew segwina fuq LinkedIn u ingħaqad mal-konverżazzjoni!