L-espożizzjoni għat-trab tal-azzar li ma jissaddadx (komposti tal-Kromju u n-Nikil) li jifforma waqt it-tħin jew il-lostru u d-dħaħen li jiffurmaw waqt l-iwweldjar jistgħu jitnaqqsu sew bl-użu ta’ ventilazzjoni lokali tal-egżost b’kolletturi aġġustati għad-daqs tal-biċċiet tax-xogħol. Il-ħaddiema jistgħu jaċċettaw ventilazzjoni lokali tal-egżost aktar faċilment meta l-kapep ma jimblokkawx jew jinterferixxu mal-proċess tax-xogħol. L-għoli tal-bank tax-xogħol huwa aġġustabbli.
It-trab u d-dħaħen tal-iwweldjar jinġabru direttament fil-punti fejn jiffurmaw id-dħaħen u t-trab.



