L-iwweldjar ta’ biċċiet tax-xogħol kbar, bħal tankijiet u silos, jagħmilha diffiċli u ħafna drabi impossibbli li tintuża ventilazzjoni lokali tal-egżost.
Kremsmüller Industrieanlagenbau KG ikkombinat ventilazzjoni f’saffi ma’ PPE għall-welders bħala soluzzjoni tajba biex tnaqqas l-għadd ta’ ħaddiema esposti. Il-ventilazzjoni f’saffi hija ventilazzjoni ġenerali li tikkonsisti minn pajpijiet għall-arja tal-provvista fuq l-art u pajpijiet għall-arja tal-egżost taħt is-saqaf tal-garaxx. Dan id-disinn speċjali joħloq fluss vertikali li jġorr id-dħaħen tal-iwweldjar direttament ‘il fuq. Minħabba l-espożizzjoni lokalizzata, il-welders iridu jużaw PPE biex jipproteġuhom mid-dħaħen tal-iwweldjar. Ventilazzjoni f’saffi ddisinjata sew hija għażla tajba biex tipprevjeni ħaddiema oħra fil-garaxx mid-dħaħen tal-iwweldjar.
