JSC Grindeks, il-kumpanija farmaċewtika Latvjana li fuqha jiffoka dan l-istudju tal-każ, sabet li l-involviment tal-ħaddiema fl-identifikazzjoni ta’ problemi ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol — u tabilħaqq fl-istadji kollha ta’ intervent biex tittejjeb is-saħħa u s-sigurtà — huwa kruċjali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni effettivi.
Il-kumpanija implimentat miżuri biex tnaqqas jew telimina b’mod sinifikanti l-espożizzjonijiet għal karċinoġeni, mutaġeni, sustanzi riprotossiċi u kimiċi perikolużi oħra fost il-ħaddiema tagħha, b’mod partikolari ħaddiema tqal u li qed ireddgħu.