Il-ħaddiema fl-industrija tal-kostruzzjoni huma esposti għal ħafna riskji, inkluż l-espożizzjoni għal sustanzi perikolużi. Ħafna minn dawn is-sustanzi perikolużi huma derivati minn prodotti jew materjali ġodda.
Din il-gwida tiffoka fuq l-espożizzjoni għan-nanopartiċelli fil-kostruzzjoni. Tipprovdi informazzjoni dwar in-nanomaterjali b’mod ġenerali, it-tossikoloġija tan-nanomaterjali, l-espożizzjoni tal-ħaddiema fil-kostruzzjoni u miżuri ta’ prevenzjoni, inkluża l-eliminazzjoni tal-perikli, miżuri organizzattivi u tekniċi u miżuri protettivi personali.