BG BAU hija l-assigurazzjoni statutorja kontra l-inċidenti għall- industrija tal-kostruzzjoni u servizzi relatati mal-kostruzzjoni fil-Ġermanja. Huma għandhom websajt iddedikata għal sustanzi perikolużi fl-iwweldjar.
Fuq il- websajt , tista’ ssib informazzjoni dwar ir-riskji li jippreżentaw sustanzi perikolużi f’diversi tekniki tal-iwweldjar. Jistgħu jitniżżlu fuljetti ta’ informazzjoni li fihom informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-espożizzjoni tal-welders għal sustanzi perikolużi u l-miżuri protettivi neċessarji biex jiġu eliminati jew minimizzati l-perikli possibbli waqt attivitajiet tal-iwweldjar.
Il-leġiżlazzjoni u r-regoli tekniċi, kif ukoll dokumenti tekniċi u xjentifiċi dwar sustanzi perikolużi fl-iwweldjar, jistgħu jiġu aċċessati mill-websajt. Se ssib ukoll għodda li tgħinek tivvaluta l-espożizzjoni għad-dħaħen tal-iwweldjar.