Dan l-istudju tal-każ jagħti dettalji dwar kif il-maniġer ta’ DEKRA, kumpanija żgħira indipendenti, parti minn franchise akbar, ħa azzjoni biex jipprevjeni l-espożizzjoni għal dħaħen karċinoġeniċi fil-post tax-xogħol. Bl-appoġġ ta’ Cramif (Caisse régionale d’assurance maladie d’Île-de-France), organizzazzjoni lokali statutorja tas-sigurtà soċjali, il-maniġer beda jiddisinja u jinstalla sistema ġdida ta’ ventilazzjoni tal-egżost biex itejjeb l-ambjent tax-xogħol.
Dan l-eżempju ta’ prattika tajba juri kif kien possibbli li jiġu żgurati fondi u kompetenza esterni biex tiġi ddisinjata soluzzjoni sempliċi u sostenibbli. Is-sistema diġà ntużat bħala mudell għal titjib f’workshops oħra.