L-adeżivi tal-urea-formol jintużaw ħafna fl-industriji tal-prodotti tal-injam. Il-materjali tal-kostruzzjoni huma s-sors ewlieni ta’ emissjonijiet ta’ formaldehyde fl-ambjent ta’ ġewwa.
Għalhekk, huwa neċessarju li jinstabu alternattivi naturali ġodda biex jiġu prodotti adeżivi għall-injam.
Dan il-proġett ippermetta l-iżvilupp u l-validazzjoni tal-proċess ta’ estrazzjoni għat-tannini, ibbażat fuq estrazzjoni akwea, u l-lignin. Dawn il-komposti estratti ġew imdaħħla b’suċċess f’adeżivi biex tiġi żviluppata formula mingħajr formaldehyde. Il-proprjetajiet mekkaniċi tal-pannell prodott b’dan l-adeżiv ġdid wieġbu għall-istandard Ewropew.