Il-bijoindikaturi tal-makroinvertebrati jintużaw fl-evalwazzjoni tal-kwalità bijoloġika tal-ilma. Tradizzjonalment, il-materjal bijoloġiku tal-kampjuni jiġi ppreservat bl-użu tal-formaldehyde, li huwa kemm karċinoġenu kif ukoll sensitizzatur.
Metodu alternattiv
Metodu alternattiv ippubblikat mid-Direction Regionale de l’Environnement (DREN) Lorraine-France juża mezzi inqas perikolużi. Dan jikkonsisti fl-elutrijazzjoni tal-kampjuni u s-separazzjoni ta’ parti f’wiċċ l-ilma kkonċentrata f’invertebrati li hija ppreservata fl-etanol u parti sedimentata (ramel, ġebel) li hija ffriżata fuq il-post. Kampjuni li huma żgħar wisq biex jiġu elutrijati huma ppreservati kompletament fl-etanol, dawk li ma jistgħux jiġu elutrijati (ħama) huma ffriżati kompletament.