L-istudju
Studju kellu l-għan li juża approċċ sistematiku biex jevalwa l-istatus bijomolekulari ta’ numru ta’ kampjuni ta’ tessuti kliniċi pproċessati permezz ta’ metodu ta’ fissazzjoni mhux formalina. 50 prostatektomija radikali (tessut mill-prostata) ġew iffissati f’70% etanol u studjati fl-Istitut Nazzjonali tal-Kanċer.
Riżultati
Il-konklużjoni kienet li l-kampjuni ffissati f’70% etanol u inkorporati fil-paraffina jipproduċu istoloġija tajba u jippermettu l-irkupru ta’ DNA, mRNA, u proteini biżżejjed għal diversi analiżi molekulari downstream.