Is-sostituzzjoni tal-metil kloroform (1,1,1 trikloroetan) bl-isopropanol u l-eptan għall-ħasil fuq il-post twettqet minn kumpanija tat-tessuti, bħala parti minn proċess aktar kumpless li kien jinkludi tnaqqis fl-iskart u fl-emissjonijiet.
F’dan il-proċess ġew sostitwiti wkoll il-bifenil, it-tetrakloroetilen u t-triklorobenżin, iżda l-alternattiva (metilnaftalina) m’għandhiex klassifikazzjoni armonizzata skont l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (Regolament CLP).