Gwida ta' prattika tajba tan-NEPSI

Gwida ta' prattika tajba tan-NEPSI

Tip ta' miżura: Organizzattiv

NEPSI huwa l-akronimu għan-‘Netwerk Ewropew għas-Silika’ ffurmat mill-assoċjazzjonijiet settorjali Ewropej tal-Impjegati u tal-Impjegaturi. Huma ffirmaw il-‘Ftehim ta’ Djalogu Soċjali dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema Permezz tal-Immaniġġjar u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u Prodotti li Fihomha’ fil- 25 ta’ April 2006. NEPSI jirrappreżenta 18-il settur industrijali li jinkludu aktar minn żewġ miljun impjegat u negozju li jaqbeż il-250 biljun ewro.

Problema

Is-silika kristallina hija komponent essenzjali tal-materjali li jintuża f’ħafna prodotti u oġġetti li nużaw kuljum. Pereżempju, huwa diffiċli li timmaġina djar mingħajr briks, jew karozzi mingħajr magni, jew bliet mingħajr toroq. Għalkemm is-silika kristallina tista’ tinstab f’diversi forom kullimkien, l-inalazzjoni tat-trab fin tagħha tista’ tikkostitwixxi periklu fuq il-post tax-xogħol. Meta wieħed iqis il-possibbiltà li jikkontrolla tali espożizzjoni, l-industriji kkonċernati bl-espożizzjonijiet għas-silika kristallina respirabbli qablu dwar miżuri xierqa u kredibbli għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Soluzzjoni

L-organizzazzjonijiet tas-settur tal-industrija NEPSI u l-federazzjonijiet tat-trade unions kontropartijiet tagħhom żviluppaw gwida ta’ prattika tajba. Għamlu dan flimkien ma’ esperti minn istituti nazzjonali tas-saħħa mir-Renju Unit, il-Ġermanja u Spanja. Il-gwida ta’ prattika tajba tikkonsisti f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tagħti informazzjoni essenzjali dwar is-silika kristallina respirabbli, it-tieni parti fiha firxa ta’ gwida tal-kompiti li tiddeskrivi tekniki ta’ prattika tajba għal diversi kompiti komuni u speċifiċi. Il-folji ta’ gwida ġenerali japplikaw għall-industriji kollha li huma firmatarji tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema permezz tal-Immaniġġjar u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u Prodotti li fihomha. Il-folji tal-kompiti speċifiċi jirrelataw għal kompiti li jikkonċernaw biss numru limitat ta’ setturi tal-industrija.

Minbarra l-gwida ta’ prattika tajba, ġew żviluppati vidjows tal-PIMEX biex juru l-effettività tal-prattiki tajbin tal-NEPSI fit-tnaqqis tal-esponiment relatata max-xogħol għat-trab.

Riżultat

L-għan tal-gwida u l-vidjows tal-PIMEX huwa li jagħtu lill-produtturi u lill-utenti ta’ prodotti u materjali li fihom silika kristallina gwida dwar l-applikazzjoni prattika ta’ programm għall-immaniġġjar tas-silika kristallina respirabbli u gwida dwar l-użu sikur ta’ prodotti li fihom silika kristallina fil-post tax-xogħol.

Il-Ftehim NEPSI għandu l-għan li

  • il-ħarsien tas-saħħa tal-Impjegati
  • minimizzazzjoni tal-espożizzjoni għas-Silika Kristallina Respirabbli billi jiġu applikati l-Prattiċi Tajbin
  • iż-żieda fl-għarfien dwar l-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-RCS u dwar Prattiki Tajbin
  • Impenn settorjali biex jiġu implimentati u rrappurtati l-KPIs: kull settur firmatarju jipprovdi kull sentejn serje ta’ indikaturi dwar l-applikazzjoni tagħhom tal-Ftehim, ara http://www.nepsi.eu/reporting

Aktar informazzjoni
November20, 2017
Rilevanza
Karċinoġenu(i) involut(i):

Settur(i) involut(i)

Dwar dan il-każ
Kumpanija:
NEPSI
Pajjiż:
l-Ewropa
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja:
Florence Lumen (NEPSI secretariat)
Fatti ġenerali

Fatti dwar aġenti li jikkawżaw il-kanċer:

  • L-ispejjeż diretti tal-espożizzjoni għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol madwar l-Ewropa huma stmati għal 2.4 biljun Ewro fis-sena.
  • Kull sena, madwar 120,000 persuna jimirdu bil-kanċer minħabba l-espożizzjoni għal karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol.
  • Kull sena aktar minn 100,000 ruħ imutu minħabba kanċer relatat max-xogħol.
Irreġistra għan-newsletter tagħna biex issir parti mill-komunità tagħna. Jew segwina fuq LinkedIn u ingħaqad mal-konverżazzjoni!
Irreġistra għan-newsletter tagħna biex issir parti mill-komunità tagħna. Jew segwina fuq LinkedIn u ingħaqad mal-konverżazzjoni!