Kontroll tas-Sustanzi Perikolużi GDA (GDA Gefahrstoff-Check)

Kontroll tas-Sustanzi Perikolużi GDA (GDA Gefahrstoff-Check)

Il-Kontroll tas-Sustanzi Perikolużi tal-GDA huwa servizz disponibbli għall-partijiet kollha involuti fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fi ħdan kumpanija. L-għan tiegħu huwa li jgħin fl-antiċipazzjoni b’mod veloċi tal-perikli għall-impjegati ppreżentati minn karċinoġeni u fit-teħid ta’ miżuri ta’ protezzjoni effettivi. Ġie żviluppat mill-awtoritajiet federali u reġjonali Ġermaniżi u l-Istituzzjonijiet Ġermaniżi tal-Assigurazzjoni Soċjali kontra l-Inċidenti taħt l-awspiċi ta’ dawn tal-aħħar u l-istituti tagħhom, l-IFA u l-IPA, fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma intitolat ‘Immaniġġjar Sikur ta’ Sustanzi Karċinoġeniċi’, stabbilit mill-Istrateġija Konġunta Ġermaniża għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (GDA).

Kontenut u miri

Il-Kontroll tas-Sustanzi Perikolużi tal-GDA joffri disa’ komponenti, strutturati skont is-suġġett, li jsegwu l-passi tal-valutazzjoni tar-riskju u huma maħsuba biex jgħinu fl-implimentazzjoni, it-tlestija, it-titjib u l-aġġornament pass pass tagħha:

  1. Introduzzjoni
  2. Ġbir ta’ informazzjoni
  3. Espożizzjoni
  4. Livell ta’ espożizzjoni
  5. Miżuri protettivi
  6. Istruzzjoni/Istruzzjonijiet operattivi
  7. Kura tas-saħħa preventiva/professjonisti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
  8. Reġistru tal-espożizzjoni
  9. Dokumentazzjoni

Kull komponent jinkludi minn tlieta sa ħames mistoqsijiet li jiffokaw fuq l-aspetti differenti tal-komponent ikkonċernat. L-utent jista’ jwieġeb il-mistoqsijiet billi jagħżel mill-għażliet li ġejjin, li huma bbażati fuq il-mudell tat-traffiku: aħdar għal “rekwiżiti sodisfatti”, isfar għal “rekwiżiti parzjalment sodisfatti” u aħmar għal “rekwiżiti mhux sodisfatti”. Dan jippermetti evalwazzjoni mill-utent innifsu bbażata fuq l-informazzjoni pprovduta, li min-naħa tagħha tgħin fid-determinazzjoni ta’ miżuri biex tittejjeb is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Verżjonijiet

Il-Kontroll tas-Sustanzi Perikolużi tal-GDA huwa disponibbli fil-forma ta’ għodda online komprensiva u wkoll f’forma kompatta bħala fuljett stampat jew fajl PDF. Bħalissa, l-għodda online hija disponibbli biss bil-Ġermaniż. Il-forma bħala fuljett PDF hija disponibbli bl-Ingliż. Iż-żewġ verżjonijiet fihom id-disa’ komponenti kollha u l-mistoqsijiet korrispondenti.

Onlajn

Il-verżjoni komprensiva tal-Kontroll tas-Sustanzi Perikolużi tal-GDA tista’ tiġi aċċessata fuq il- websajt tal-Kontroll tas-Sustanzi Perikolużi . Din tipprovdi lill-utent b’funzjonijiet addizzjonali:

  • Issejvjar sigur tar-riżultati fuq il-kompjuter tal-utent stess.
  • Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati u rapport finali biex jgħin fid-determinazzjoni tal-kompiti u l-miżuri.
  • Glossarju estensiv li jispjega termini tekniċi.

Barra minn hekk, għal kull mistoqsija li ssir fil-komponenti, il-verżjoni online tipprovdi spjegazzjonijiet dettaljati taħt l-intestatura ‘Xi jfisser dan?’ tar-rekwiżiti transsettorjali li jirriżultaw mill-Ordinanza dwar Sustanzi Perikolużi (Gefahrstoffverordnung).

Eżempji ta’ miżuri ta’ protezzjoni speċifiċi għal ċerti kompiti, proċeduri jew fergħat tal-industrija huma pprovduti taħt l-intestatura: ‘X’għandu jsir?’. Dan jinkludi informazzjoni dwar meta għandha tiġi kkuntattjata l-awtorità tal-istat dwar l-OSH.

Il-verżjoni online tipprovdi wkoll links għal aktar informazzjoni u gwidi prattiċi u utli għal kważi l-fergħat kollha tal-industrija taħt it-titlu ‘Għajnuniet prattiċi’ li jinsabu f’kull mistoqsija.

Stampa u PDF

Fil-verżjoni stampata, kull mistoqsija hija spjegata b’test qasir u f’ħafna każijiet b’immaġnijiet ta’ eżempju. Il-browxer fih ukoll għażla tal-aktar termini tekniċi importanti meħuda mill-glossarju online. Il-browxer huwa disponibbli fuq il- websajt tal-Hazardous Substance Check .

Aktar informazzjoni

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tibgħat email lil: gda-gefahrstoff-check@bgrci.de

October22, 2021
Dwar dan il-każ
Kumpanija:
Berufsgenossenschaft Rohstoffe und chemische Industrie (BG RCI) and Institut für Arbeitsschutz der DGUV (IFA)
Pajjiż:
il-Ġermanja
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja:
Fatti ġenerali

Fatti dwar aġenti li jikkawżaw il-kanċer:

  • L-ispejjeż diretti tal-espożizzjoni għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol madwar l-Ewropa huma stmati għal 2.4 biljun Ewro fis-sena.
  • Kull sena, madwar 120,000 persuna jimirdu bil-kanċer minħabba l-espożizzjoni għal karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol.
  • Kull sena aktar minn 100,000 ruħ imutu minħabba kanċer relatat max-xogħol.
Irreġistra għan-newsletter tagħna biex issir parti mill-komunità tagħna. Jew segwina fuq LinkedIn u ingħaqad mal-konverżazzjoni!
Irreġistra għan-newsletter tagħna biex issir parti mill-komunità tagħna. Jew segwina fuq LinkedIn u ingħaqad mal-konverżazzjoni!