Wieħed mill-għanijiet tar -regolament Ewropew REACH huwa s-sostituzzjoni progressiva ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (eż. karċinoġeni) b’alternattivi aktar sikuri. Kumpaniji li jużaw dawn is-sustanzi, ifittxu b’mod attiv alternattivi aktar sikuri (sustanzi inqas perikolużi, teknoloġiji u proċessi ġodda), u jirrappurtaw dwar dawn l-alternattivi. Hawn taħt issib l-informazzjoni dwar alternattivi possibbli għat-triossidu tal-kromju, inklużi fl-applikazzjonijiet differenti għall-awtorizzazzjoni li rċeviet s’issa l-ECHA. Biex tikseb aktar dettalji, jekk jogħġbok segwi l-link għad-dossier sħiħ.
Informazzjoni aktar dettaljata
L-isforzi kollha ta’ riċerka mill-kumpaniji ġew dokumentati f’rapporti. Id-dossiers tal-ECHA li ġejjin huma disponibbli dwar alternattivi possibbli għat-triossidu tal-kromju għall-ECCS: