L-adeżivi użati fil-manifattura ta’ bordijiet tal-injam magħmulin minn partiċelli (chipboard) fihom, fost kimiċi perikolużi oħra, formaldehyde (karċinoġenu u sensitizzatur). L-impjegati huma esposti għal konċentrazzjonijiet għoljin ta’ formaldehyde waqt il-manifattura ta’ bordijiet tal-injam magħmulin minn partiċelli.
Id-dipartiment reġjonali tas-saħħa u s-sigurtà tat-treunjoni (CCOO) f’Galicia, Spanja, ressaq inizjattiva għas-sostituzzjoni tal-formaldehyde bil-lamtu.