Naħdmu lejn ambjent ħieles mit-tossiċi – ChemSec

Naħdmu lejn ambjent ħieles mit-tossiċi - ChemSec

Tip ta' miżura: Organizzattivi

ChemSec, is-Segretarjat Internazzjonali tal-Kimika, hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ iddedikata biex taħdem lejn ambjent ħieles mit-tossiċi. ChemSec tistinka biex tnaqqas id-distakk bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, l-industrija, l-NGOs u x-xjenzati.

L-ambjent u l-problema

Mill-1940 ‘l hawn, ir-rati ta’ mard u problemi ta’ saħħa, inklużi problemi ta’ saħħa relatati mal-kanċer fuq il-post tax-xogħol żdiedu b’mod sinifikanti. Hekk kif ir-riċerka taqbad il-pass, qed tiżdied l-evidenza li l-espożizzjoni ta’ kuljum għal kimiċi perikolużi tista’ tkun qed ikollha rwol sinifikanti fil-bidu ta’ problemi ta’ saħħa. Għalkemm in-natura preċiża ta’ dawn l-effetti għadha mhix ċara, l-implikazzjonijiet ġenerali għas-saħħa jindikaw li huwa importanti ħafna li l-espożizzjoni għal sustanzi potenzjalment ta’ ħsara tkun limitata kemm jista’ jkun.

Soluzzjoni

ChemSec toffri għarfien espert u gwida dwar politiki ta’ ġestjoni kimika sabiex tikseb leġiżlazzjoni kimika progressiva. Huma jaħdmu wkoll flimkien ma’ kumpaniji biex inaqqsu l-użu tagħhom ta’ kimiċi perikolużi u biex jiksbu l-appoġġ tagħhom għal leġiżlazzjoni kimika progressiva.

ChemSec hija magħmula minn tim uniku u ddedikat ħafna ta’ kimiċi, xjentisti politiċi, esperti tan-negozju u komunikaturi. Ix-xogħol kollu tagħhom għandu l-għan li jħaffef it-tranżizzjoni lejn dinja ħielsa minn kimiċi perikolużi. Ix-xogħol ta’ ChemSec jista’ jinqasam fi tliet partijiet; politika, negozju u investituri u għodod.

Politika – ChemSec hija parti interessata akkreditata fi ħdan numru ta’ istituzzjonijiet, kumitati u inizjattivi ta’ politika. Huma jużaw l-għarfien u l-pożizzjoni tagħhom biex jinfluwenzaw u jtejbu l-mod kif il-leġiżlazzjonijiet kimiċi jiġu implimentati fil-prattika.

Negozju u investituri – ChemSec tinvolvi ruħha fid-dibattitu korporattiv dwar kif nistgħu nitbiegħdu minn sustanzi perikolużi. Il-ChemSec Business Group pereżempju, huwa kollaborazzjoni fost kumpaniji li jaħdmu flimkien biex jispiraw progress konkret fit-tnaqqis tal-użu tossiku. Jiġbor kumpaniji ewlenin fis-suq minn diversi setturi, għall-iżvilupp ta’ prattika korporattiva effettiva fis-sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi. Iqajjem ukoll kuxjenza pubblika dwar l-isforzi tal-kumpaniji biex ikunu xpruni f’din il-kwistjoni.

Għodod – ChemSec toffri għodod differenti għat-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi.

Riżultati

ChemSec tistinka biex ittejjeb il-kollaborazzjoni u d-djalogu miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha fit-tneħħija gradwali ta’ kimiċi perikolużi. Huma dejjem ifittxu li jiksbu soluzzjonijiet effettivi u riżultati konkreti u sostenibbli.

Aktar informazzjoni
November20, 2017
Rilevanza
Karċinoġenu(i) involut(i):

Settur(i) involut(i)

Agrikoltura, Amministrazzjoni pubblika u difiża nazzjonali, Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja, Arti, Attivitajiet oħra ta' servizz, Attivitajiet oħra ta' tindif, Attivitajiet oħra ta' tindif ta' bini u industrijali, Attivitajiet ta' difiża, Attivitajiet ta' prattika medika speċjalizzata, Attivitajiet ta' prattika medika u dentali, Attivitajiet tal-isptar, Attivitajiet tal-prattika dentali, Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u tax-xogħol soċjali, Attivitajiet tas-servizz tat-tifi tan-nar, Attivitajiet tas-soqfa, Attivitajiet veterinarji, Edukazzjoni, Estrazzjoni ta' żejt mhux raffinat u gass naturali, Forestrija u qtugħ tal-injam, Ġbir ta' skart perikoluż, Ġbir tal-iskart, Iffurmar jew tiwi fil-kesħa, Ikkunzar u rfinar tal-ġilda; rfinar u żebgħa tal-pil, Il-bini ta' vapuri u dgħajjes, Informazzjoni u komunikazzjoni, Inġinerija ċivili, Irfinar tat-tessuti, Irkupru ta' materjali, Irkupru ta' materjali magħżula, Is-setturi kollha, Ittestjar u analiżi teknika, Kostruzzjoni, Kostruzzjoni ta' bini, Kostruzzjoni ta' bini residenzjali u mhux residenzjali, Kostruzzjoni ta' toroq u ferroviji, Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi, L-istampar u r-riproduzzjoni ta' mezzi rreġistrati, Makkinar (inkluża l-ħajja tas-servizz ta' għodod tal-metall iebes), Manifattura ta' ajruplani u vetturi spazjali u makkinarju relatat, Manifattura ta' batteriji u akkumulaturi, Manifattura ta' bibien u twieqi tal-metall, Manifattura ta' fertilizzanti u komposti tan-nitroġenu, Manifattura ta' fwejjaħ u preparazzjonijiet tat-twaletta, Manifattura ta' għalf ippreparat għall-annimali tar-razzett, Manifattura ta' għamara, Manifattura ta' għodda, Manifattura ta' gomma sintetika f'forom primarji, Manifattura ta' ħadid u azzar bażiċi u ta' ferroligi, Manifattura ta' ħġieġ u prodotti tal-ħġieġ, Manifattura ta' karta u kartun, Manifattura ta' karta u prodotti tal-karta, Manifattura ta' kimiċi bażiċi, Manifattura ta' kimiċi bażiċi inorganiċi oħra, Manifattura ta' kimiċi bażiċi organiċi oħra, Manifattura ta' kimiċi u prodotti kimiċi, Manifattura ta' kokk u prodotti tal-petroleum raffinat, Manifattura ta' kolla, Manifattura ta' komponenti u bordijiet elettroniċi, Manifattura ta' madum u ċangaturi taċ-ċeramika, Manifattura ta' magni u turbini, Manifattura ta' makkinarju, Manifattura ta' makkinarju tal-plastik u tal-gomma, Manifattura ta' metalli bażiċi, Manifattura ta' mezzi manjetiċi u ottiċi, Manifattura ta' oġġetti tal-bennejja tal-plastik, Manifattura ta' pestiċidi u prodotti agrokimiċi oħra, Manifattura ta' plastiks f'forom primarji, Manifattura ta' preparazzjonijiet farmaċewtiċi, Manifattura ta' preparazzjonijiet farmaċewtiċi bażiċi, Manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi, Manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi bażiċi, Manifattura ta' prodotti kimiċi oħra nec (inklużi katalisti), Manifattura ta' prodotti oħra tal-gomma, Manifattura ta' prodotti oħra tal-metall iffabbrikati [inkluża l-manifattura addittiva], Manifattura ta' prodotti oħra tal-metall iffabbrikati nec, Manifattura ta' prodotti oħra tal-porċellana u taċ-ċeramika, Manifattura ta' prodotti tal-ikel, Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, Manifattura ta' prodotti tal-metall iffabbrikati, Manifattura ta' prodotti tal-petroleum raffinat (katalisti), Manifattura ta' prodotti tal-petroleum raffinati, Manifattura ta' prodotti tal-plastik, Manifattura ta' prodotti tal-plastik u tal-gomma, Manifattura ta' prodotti tal-wajer, Manifattura ta' sapun u deterġenti, Manifattura ta' strumenti mużikali, Manifattura ta' strumenti u apparati għall-kejl, Manifattura ta' strumenti u provvisti mediċi u dentali, Manifattura ta' tagħmir elettroniku, Manifattura ta' tagħmir ieħor tat-trasport, Manifattura ta' tajers u tubi tal-gomma; tfassil mill-ġdid tal-wiċċ tat-tajers tal-gomma u bini mill-ġdid, Manifattura ta' tessuti, Manifattura ta' wajers u apparati tal-wajers, Manifattura ta' wajers u kejbils elettroniċi u elettriċi oħra, Manifattura ta' xedd tas-saqajn, Manifattura ta' żebgħa u kisi, Manifattura ta' żebgħa u pigmenti, Manifattura tal-injam u prodotti tal-injam, Manifattura tal-injam u ta’ prodotti tal-injam u s-sufra, Manutenzjoni u tiswija, Manutenzjoni u tiswija ta' vetturi bil-mutur, Minjieri u barrieri, Plumbing, Produzzjoni oħra ta' metalli mhux ferrużi, Provvista tal-ilma; drenaġġ, Riċerka u żvilupp, Riċerka u żvilupp xjentifiku, Tħaffir ta' minerali oħra tal-metall mhux ferrużi, Tidwib ta' metalli ħfief, Tidwib ta' metalli oħra mhux ferrużi, Tiswija u installazzjoni ta' makkinarju u tagħmir, Tkabbir ta' għelejjel perenni, Tlestija u rfinar tal-bini, Trasport u ħażna, Trattament u kisi ta' metalli, Trattament u rimi ta' skart mhux perikoluż, Trattament u rimi ta' skart perikoluż, Twaqqigħ, Żebgħa u ħġieġ
Dwar dan il-każ
Kumpanija:
ChemSec
Pajjiż:
l-Iżvezja
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja:
Fatti ġenerali

Fatti dwar aġenti li jikkawżaw il-kanċer:

  • L-ispejjeż diretti tal-espożizzjoni għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol madwar l-Ewropa huma stmati għal 2.4 biljun Ewro fis-sena.
  • Kull sena, madwar 120,000 persuna jimirdu bil-kanċer minħabba l-espożizzjoni għal karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol.
  • Kull sena aktar minn 100,000 ruħ imutu minħabba kanċer relatat max-xogħol.
Irreġistra għan-newsletter tagħna biex issir parti mill-komunità tagħna. Jew segwina fuq LinkedIn u ingħaqad mal-konverżazzjoni!