Il-fatti dwar Diklorometan
Din il-folja informattiva għadha qed tiġi żviluppata. Hemm disponibbli biss informazzjoni limitata.
Kont taf li min iħaddem għandu xi dmirijiet ġenerali sabiex jiggarantixxi s-sigurtà u l-benesseri tiegħek fuq il-post tax-xogħol u xi dmirijiet speċifiċi ħafna biex jimminimizza l-espożizzjoni tiegħek għal aġenti li jikkawżaw il-kanċer? Kun af id-drittijiet u d-dmirijiet tiegħek.
Sostituzzjonijiet possibbli
Miżuri possibbli
Loading
Jekk jogħġbok kun af li għal dan il-karċinoġenu trid toqgħod aktar kawtel meta tiddetermina kuntatt potenzjali mal-ġilda u kif għandek tikkunsidra l-espożizzjoni dermali fl-istrateġija tiegħek għat-tnaqqis tar-riskju.
Database tal-GESTIS
Il-ġabra ta’ dejta tista’ tintuża għall-iskop tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew biex tinkiseb informazzjoni dwar il-perikli li jippreżentaw sustanzi kimiċi.
Fatti ġenerali
Fatti dwar aġenti li jikkawżaw il-kanċer:
- L-ispejjeż diretti tal-espożizzjoni għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol madwar l-Ewropa huma stmati għal 2.4 biljun Ewro fis-sena.
- Kull sena, madwar 120,000 persuna jimirdu bil-kanċer minħabba l-espożizzjoni għal karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol.
- Kull sena aktar minn 100,000 persuna jmutu minħabba kanċer relatat max-xogħol.