L-ambjent u l-problema
Il-kejl tal-perikli tax-xogħol b’sustanzi perikolużi fil-kumpanija tiegħek huwa importanti ħafna. Madankollu, il-kejl tal-perikli kollha li jirriżultaw mix-xogħol ma’ ċerti sustanzi huwa proċess li jiswa ħafna flus u jieħu ħafna ħin. Fujifilm ilha tipprova tnaqqas il-perikli tax-xogħol b’sustanzi perikolużi billi tikseb għarfien dwar il-proċessi tax-xogħol tagħha u billi tapplika kejl pass pass.
Soluzzjoni
Fujifilm taħdem b’għodda ta’ awtospezzjoni li tistabbilixxi prijoritajiet rigward il-kejl li għandu jsir meta taħdem ma’ sustanzi perikolużi. L-għodda tikkonsisti f’diversi passi. L-ewwelnett, bdew billi aġġornaw l-inventarju, li fisser li sabu liema sustanzi kienu saru żejda. L-għodda tissuġġerixxi li l-kejl għandu jsir f’postijiet bl-ogħla riskju. Għall-ewwel dan fisser li għandhom jagħmlu mill-inqas 900 fil-kumpanija tagħhom, b’15-il sustanza f’60 post. Biex inaqqsu l-firxa, Fujifilm ġabru flimkien sitwazzjonijiet simili, u baqgħu 300 kejl. Sussegwentement kejlu biss il-postijiet tal-‘agħar xenarju’. Għal ħafna mis-sustanzi li fadal kellhom jiġu determinati l-valuri limitu, li għalihom impjegaw tossikologu estern. L-ewwel, is-sustanzi ġew irreġistrati biex jiġu evalwati l-perikli. Imbagħad, ir-riskji ġew evalwati. Is-sustanzi ġew ordnati skont kemm huma perikolużi, jekk humiex karċinoġeniċi, kemm impjegati huma esposti għalihom, eċċ. Il-pass li jmiss huwa l-evalwazzjoni tal-miżuri. Għandu jkun hemm miżuri, jekk iva, liema, u, hemmx sostituzzjonijiet għas-sustanzi disponibbli. L-aħħar pass huwa li jinżamm l-użu aktar sikur tas-sustanzi perikolużi.
Riżultati
Fujifilm issa hija konxja tas-sustanzi perikolużi li taħdem bihom, u kemm huma perikolużi eżattament. Barra minn hekk, dan il-proċess ġdid jappoġġja l-bidla fil-mentalità li kienet meħtieġa, u jgħin lill-impjegati biex jifhmu aħjar il-perikli u l-miżuri meħuda biex jiġu minimizzati r-riskji. Bl-għajnuna tal-kejl huwa aktar faċli li jiġu stmati l-perikli u jittieħdu l-miżuri korretti meta jkunu qed jintużaw sustanzi ġodda. Fl-aħħar nett, dan il-proċess ta stampa tajba ta’ kif postijiet tax-xogħol differenti jaħdmu bis-sustanzi. Huma sabu li l-konċentrazzjonijiet tal-istess sustanzi kienu ogħla f’post tax-xogħol wieħed milli fl-ieħor. Dan kien ir-riżultat ta’ differenza pereżempju f’jekk l-impjegati rromblawx il-borża tas-sustanza b’attenzjoni kif kien preskritt, jew jekk kinux jolqtu l-borża biex joħorġu kollox, u b’hekk jikkawżaw ħsara lill-impjegat u lill-kollegi diretti.